| Message | Issa li waslet il-festa hemm xi hsibijiet serji li taghmlu xi haga ghal waqt il-festa? Nassigurakom li hemm hafna nies interessati li jisimghu xandiriet diretti mill-festa u taghmlu programmi fuq il-festa, fuq iz-zewg kazini tal-baned u ghaqdiet ohrajn li jiehdu hsieb l-organizzazzjoni tal-festa ta' San Pietru. Nitlobkom li jekk hejjejtu xi haga bil-lest ghall-festa tippublikaw l-iskeda fuq din il-website, halli nkunu nistghu nsegwu kollox. Nerga nghidilkom u nishaq maghkom li bhalissa qalb id-dilettanti tal-festa ta' Birzebbuga hawn ghatx kbir u stennija kbira li jaraw ir-radju tal-poplu ta' Birzebbuga Energy fm jaghmel xi haga specjali waqt il-festi sbieh ta' San Pietru patrun ghaziz taghna. F'Birzebbuga l-festa ta' San Pietru qieghda dejjem tikber u hawn interess kbir. Barra minn hekk inhoss ukoll li l-festa taghna hija parti mill-kultura ta' Birzebbuga u ta' Malta. Tajjeb allura li nsahhu dak li hu taghna l-Birzebbugin u nkomplu nibzghu ghalih, inkabbruh u nirreklamaw is-sabih li ghandna il-kemm nistghu, anke ghax Energy Fm jsimghuh hafna nies f'dawk l-irhula qrib taghna. Il-festa taghna ta' Birzebbuga hija parti mill-kultura taghna. Nibzghu ghaliha u nedukaw lin-nies ta' Birzebbuga anke bis-sahha tar-radju ta' Birzebbuga, ghax il-festa taghna hija sabiha u jkunu f'dawn il-jiem li l-kapacita' tan-nies ta' Birzebbuga, fin-nar, fl-armar, u fil-banda johorgu fil-berah. Viva S.Pietru, Viva Birzebbuga u l-Birzebbugin l-ewwel u qabel kollox.
|